Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Lulju 2010 - Wybranowski vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/08) 1

"Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' inklużjoni fil-lista ta' riżerva - Evalwazzjoni tal-eżami orali - Avviż ta' kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 - Motivazzjoni - Kompetenzi tal-Bord tal-Għażla - Evalwazzjoni tal-kandidati"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Andrzej Wybranowski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: Z. Wybranowski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

L-emenda jew l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 AD5 li r-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni msemmija wara r-riżultati tal-eżami orali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

A. Wybranowski huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 158, 21.06.2008, p. 25.