Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 minn Saga Furs Oyj mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-313/18 – Saga Furs vs EUIPO - Support Design

(Kawża C-805/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Saga Furs Oyj (rappreżentanti: J. Kaulo, luvan saanut oikeudenkäyntiavustaja)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Support Design AB

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Ġunju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.

____________