Language of document : ECLI:EU:F:2007:162

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tielet Awla)

19 ta’ Settembru 2007

Kawża F-43/06

Tuomo Talvela

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2004 – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rapport – Investigazzjoni amministrattiva”

Suġġett: Rikors, imressaq taħt l-Artikoli 236 KE u 152 EA, li permezz tiegħu T. Talvela jitlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera tiegħu redatt għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2004, tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad t-talba tiegħu għal ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva, ta’ kull att konsegwenti għal u/jew dwar din l-aħħar deċiżjoni u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment prekontenzjuż tiegħu, u, min-naħa l-oħra, l-għoti ta’ kumpens.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rispett tad-drittijiet tad-difiża

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 26(1) u (2), u 43)

2.      Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Obbligu li l-evalwazzjoni tirrigwarda l-perijodu ta’ referenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

3.      Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Evalwazzjoni inqas favorevoli meta mqabbla ma’ l-evalwazzjoni preċedenti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

1.      Il-prinċipju fundamentali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jistax jiġi interpretat, fil-qasam ta’ l-evalwazzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej, bħala li jimponi obbligu ta’ twissija preliminari qabel ma tinbeda l-proċedura li twassal għal tali evalwazzjoni. Din il-konstatazzjoni mhijiex effettwata mill-Artikolu 26(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal, in kwantu dan jissuġġetta l-validità fir-rigward ta’ uffiċjal tar-rapporti kollha li jirrigwardaw il-kompetenza tiegħu, l-effiċjenza jew il-kondotta tiegħu għall-ikkomunikar tagħhom lill-persuna kkonċernata qabel ma jiddaħħlu fl-inkartament personali tiegħu. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet, li l-għan tagħhom huwa li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża ta’ l-uffiċjal, jirrigwardaw id-dokumenti diġà eżistenti. Dawn jipprekludu li, waqt il-proċedura ta’ evalwazzjoni, tali dokumenti jinżammu kontra l-uffiċjal evalwat jekk dawn ma jkunux ġew ikkomunikati lilu qabel ma jkunu ddaħħlu fl-inkartament personali tiegħu. Iżda dawn ma jimponux it-tħejjija minn qabel ta’ dokumenti li jifformalizzaw kull allegazzjoni ta’ fatti akkużati lill-persuna kkonċernata.

Għalhekk, l-evalwatur ma kisirx il-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u lanqas l-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal billi qies, f’rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera, elementi ta’ fatt mhux favorevoli għall-uffiċjal evalwat, mingħajr mal-persuna kkonċernata kienet ġiet imwissija formalment bil-miktub fuq dan il-punt matul il-perijodu ta’ evalwazzjoni u mingħajr ma l-ebda dokument ma jindika dawn l-elementi fl-inkartament personali tiegħu.

(ara l-punti 57 sa 59 u 61)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 12 ta’ Lulju 2005, De Bry vs Il-Kummissjoni, T-157/04, ĠabraSP p. I-A-199 u II-901, punti 39 sa 41, u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Fir-redazzjoni tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera, huma evalwati l-effiċjenza, il-kompetenza u l-kondotta ta’ l-uffiċjal fis-servizz matul il-perijodu ta’ referenza. Għalhekk, l-evalwazzjoni għandha tikkonċerna fatti li jirrigwardaw dan il-perijodu. Madankollu, quddiem problemi li kienu ġa jeżistu qabel il-perijodu ta’ referenza u li baqgħu jeżistu, sempliċi tfakkir ta’ dawn ma jurix li l-evalwazzjoni ma kinitx saret fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-effiċjenza, tal-kompetenza u tal-kondotta fis-servizz ta’ l-uffiċjal matul il-perijodu ta’ referenza.

Barra minn dan, anki jekk ir-redazzjoni tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera hija bbażata fuq evalwazzjoni ta’ l-uffiċjal matul il-perijodu ta’ referenza, ma jidhirx li mhuwiex xieraq li l-kummentarji ta’ dan ir-rapport jistgħu jirreferu għall-perijodu preċedenti jekk dan huwa utli sabiex jiġi evalwat l-iżvilupp ta’ l-effiċjenza, tal-kompetenza u tal-kondotta fis-servizz ta’ l-uffiċjal matul il-perijodu ta’ referenza meta mqabbel mal-perijodu preċedenti. F’dan ir-rigward, attenzjoni partikolai għandha tingħata għall-motivazzjoni ta’ rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera li jinkludi evalwazzjonijiet inqas favorevoli minn dawk li jinsabu f’rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera preċedenti.

(ara l-punti 72, 75 u 76)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 10 ta’ Diċembru 1992, Williams vs Il-Qorti ta’ l‑Awdituri, T-33/91, Ġabra p. II-2499, punti 70 u 71; 9 ta’ Marzu 1999, Hubert vs Il-Kummissjoni, T-212/97, ĠabraSP p. I-A-41 u II-185, punt 95; 12 ta’ Ġunju 2002, Mellone vs Il-Kummissjoni, T-187/01, ĠabraSP p. I-A-81 u II-389, punt 49; 30 ta’ Settembru 2004, Ferrer de Moncada vs Il-Kummissjoni, T-16/03, ĠabraSP p. I-A-261 u II-1163, punt 53; 16 ta’ Mejju 2006, Martin Magone vs Il‑Kummissjoni, T-73/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 26; 10 ta’ Ottubru 2006, Van der Spree vs Il-Kummissjoni, T-182/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 83

3.      L-amministrazzjoni għandha l-obbligu ta’ motivazzjoni tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera b’mod suffiċjenti u dettaljat u li tqiegħed lill-persuna kkonċernata f’pożizzjoni li tippreżenta osservazzjonijiet fuq din il-motivazzjoni, peress illi r-rispett ta’ dawn ir-rekwiżiti huwa iktar u iktar importanti meta l-evalwazzjoni tkun inqas favorevoli meta mqabbla ma’ l-evalwazzjoni preċedenti. Attenzjoni partikolari għandha wkoll tingħata għall-motivazzjoni meta r-rapport ikun fih evalwazzjonijiet inqas favorevoli minn dawk li jinsabu f’rapport preċedenti.

Il-kummentarji deskrittivi li jinsabu f’rapport ta’ evalwazzjoni għandhom bħala għan li jiġġustifikaw l-evalwazzjonijiet analitiċi. Dawn il-kummentarji jservu ta’ bażi għar-redazzjoni ta’ l-evalwazzjoni u jippermettu lill-uffiċjal jifhem l-evalwazzjoni miksuba. Konsegwentement, fid-dawl tar-rwol predominanti tagħhom sabiex jiġi redatt ir-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera, il-kummentarji għandhom ikunu koerenti man-noti mogħtija, b’mod illi l-evalwazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala traskrizzjoni ċċifrata jew analitika tal-kummentarji.

(ara l-punti 91 u 92)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: Ferrer de Moncada vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53; De Bry vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67; Martin vs Magone, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48