Language of document :

Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 minn Refan Bulgaria OOD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża T-747/18 – Refan Bulgaria vs EUIPO (Forma ta’ fjura)

(Kawża C-72/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Refan Bulgaria OOD (rappreżentant: A. Ivanova, адвокат)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-4 ta’ Ġunju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina jekk l-appelli għandhomx jitkomplew) iddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jitkompla u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________