Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2020 – Impexeco NV vs Novartis AG

(Kawża C-253/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Impexeco NV

Konvenut: Novartis AG

Domandi preliminari

L-Artikoli 34 sa 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk prodott mediċinali ta’ verżjonijiet tal-bidu (prodott mediċinali ta’ referenza) u prodott mediċinali ġeneriku tqiegħdu fis-suq fiż-ŻEE minn impriżi marbuta flimkien ekonomikament, l-oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trademark għat-tqegħid fis-suq sussegwenti tal-prodott mediċinali ġeneriku minn importatur parallel wara l-ippakkjar mill-ġdid ta’ dan il-prodott mediċinali ġeneriku bit-tqiegħed fuqu tat-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ verżjonijiet tal-bidu (prodott mediċinali ta’ referenza) fil-pajjiż importatur jista’ jiġġenera tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda, l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark għal dan ir-rebranding għandha tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ BMS?

Huwa relevanti, għar-risposta għal dawn id-domandi, li l-prodott mediċinali ġeneriku u l-prodott mediċinali ta’ verżjonijiet tal-bidu (prodott mediċinali ta’ referenza) huma identiċi jew għandhom l-istess effetti terapewtiċi skont l-Artikolu 3(2) tad-Digriet Irjali tad-19 ta’ April 2001 dwar l-importazzjoni parallela?

____________