Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fis-17 ta’ Mejju 2019 – RTS infra BVBA, Aannemingsbedrijf Norré-Behaegel vs Vlaams Gewest

(Kawża C-387/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RTS infra BVBA, Aannemingsbedrijf Norré-Behaegel

Konvenut: Vlaams Gewest

Domandi preliminari

L-Artikolu 57(4)(c) u (g), moqri flimkien mal-Artikolu 57(6) u (7) tad-Direttiva 2014/24/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ obbligu fuq operatur ekonomiku li jipproduċi, fuq inizjattiva tiegħu stess, prova tal-miżuri meħuda minn dan l-operatur sabiex jistabbilixxi l-affidabbiltà tiegħu?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(4)(c) u (g), moqri flimkien mal-Artikolu 57(6) u (7) tad-Direttiva 2014/24/UE, hekk interpretati, għandhom effett dirett?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65; rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68