Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fl-24 ta’ Mejju 2019 – Société Générale SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-403/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Générale SA

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 56 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-fatt li l-applikazzjoni tar-regoli [fiskali], sabiex issir tpaċija għat-tassazzjoni doppja ta’ dividendi mħallsa lil kumpannija li hija suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-Istat Membru li fih hija residenti minn kumpannija residenti fi Stat ieħor u suġġetta, minħabba l-eżerċizzju f’dan l-Istat tal-ġurisdizzjoni fiskali tiegħu, għal taxxa f’ras il-għajn, tista’ tħalli jeżisti żvantaġġ għad-detriment tat-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ titoli ta’ kumpanniji barranin imwettqa minn kumpanniji suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-ewwel Stat jimplika li dan l-Istat, ladarba l-għażla tkun saret li ssir tpaċija għat-tassazzjoni doppja, għandu jmur lil hinn mir-rinunzja li jirċievi d-dħul fiskali li jkun jieħu mill-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji tad-dividendi inkwistjoni?

____________