Language of document :

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-237/17, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-406/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Aquilina, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata,

tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza, u

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-amministrazzjoni tal-oneru tal-prova fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fissi konformement mal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 1 .

____________

1 ĠU 2013, L 347, p. 549, u r-rettifiki.