Language of document : ECLI:EU:F:2008:102

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA

TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

4 ta’ Settembru 2008

Kawża F-81/06

Tineke Duyster

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu T. Duyster titlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2006 li tiċħad l-ilment tagħha fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Novembru 2005, li tiċħad it-talba tagħha għal kumpens għad-dannu riżultat ta’ irregolaritajiet imwettqa fl-ambitu tal-għoti ta’ leave parentali.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑81/06, Duyster vs Il-Kummissjoni, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 2 000 fi ħlas ta’ darba. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tiffirma, li tinkludi fil-fajl personali tar-rikorrenti u li tibgħatilha l-ittra li kienet ippreparat għaliha, skont il-verżjoni emendata tagħha, wara li ġew inklużi fiha l-proposti magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-ittra tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2008. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 1 000.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 69 u 74)