Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság - l-Ungerija) – Nutrivet D.O.O.E.L. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

(Kawża C-69/15)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skart – Trasporti –Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Artikolu 2(35)(g)(iii) – Trasport illegali – Informazzjoni żbaljata jew mhux koerenti inserita fid-dokument inkluż fl-Anness VII ta’ dan ir-regolament – Artikolu 50(1) – Sanzjonijiet applikabbli f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament – Proporzjonalità

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nutrivet D.O.O.E.L.

Konvenuti: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

Dispożittiv

L-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar [trasporti] ta’ skart, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2013, tal-20 ta’ Marzu 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li trasport ta’ skart, bħal dak previst fl-Anness III tal-imsemmi regolament, intiż sabiex jiġi rkuprat, għandu jiġi kkunsidrat bħala illegali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta d-dokument imsemmi fl-Anness VII tal-istess regolament relattiv għal dan it-trasport ikun jinkludi informazzjoni żbaljata jew inkoerenti, bħal dik inkluża fid-dokumenti ta’ akkumpanjament inkwistjoni fil-kawża prinċipal, fir-rigward tal-importatur/destinatarju, tal-faċilità ta’ rkupru kif ukoll tal-pajjiżi/Stati kkonċernati, indipendentement mill-indikazzjoni korretta ta’ dik l-informazzjoni f’dokumenti oħra pprovduti lill-awtoritajiet kompetenti, mill-intenzjoni ta’ żvijjar ta’ dawn l-awtoritajiet u mill-implementazzjoni mill-imsemmija awtoritajiet tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 24 ta’ dan l-istess regolament.

L-Artikolu 50(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 255/2013, li skontu, is-sanzjonijiet applikati mill-Istati Membri f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament għandhom ikunu proporzjonati, għandu jiġi interpretat fis-sens li trasport ta’ skart li għalih, id-dokument imsemmi fl-Anness VII tal-istess regolament jinkludi informazzjoni żbaljata jew mhux koerenti jista’, fil-prinċipju, jiġi ssanzjonat minn multa, li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak tal-multa applikata f’każ ta’ ksur tal-obbligu li jiġi kkompletat dan id-dokument. Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ tali sanzjoni, il-qorti tar-rinviju għandha b’mod partikolari, tieħu inkunsiderazzjoni r-riskji li jistgħu jiġu kkawżati minn dan il-ksur fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

____________

1  ĠU C 138, 27.04.2015