Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 – Knöll vs Europol

(Kawża F-105/12)1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Nuqqas ta’ tiġidid ta’ kunratt – Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat – Annullament mit-Tribunal – Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Brigitte Knöll (Hochheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, li teżegwixxi s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tad-29 ta’ Ġunju 2010, fil-kawża Knöll vs Europol, F-44/09, li permezz tagħha Europol ta lir-rikorrenti somma f’daqqa intiża li tikkumpensaha għad-danni kkawżati lilha mid-deċiżjoni li l-imsemmija sentenza annullat

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ta lil B. Knöll is-somma ta’ EUR 20 000 sabiex jeżegwixxi s-sentenza tat-Tribunal tad-29 ta’ Ġunju 2010, Knöll vs Europol (F-44/09), hija annullata.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn B. Knöll.

____________

1 ĠU C 26, 26.01.2013, p. 70.