Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2019 – ir-Repubblika tal-Moldova vs Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians

(Kawża C-741/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ir-Repubblika tal-Moldova

Konvenuta: Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(6) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku li ma kien jinvolvi l-ebda provvista min-naħa tal-investitur fl-Istat ospitanti jista’ jikkostitwixxi “investiment” fis-sens ta’ dan l-artikolu?

L-Artikolu 26(1) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi investiment l-akkwist minn investitur ta’ parti kontraenti fi kreditu kkostitwita minn operatur ekonomiku barrani għall-Istati partijiet?

L-Artikolu 26(1) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditu li jappartjeni lil investitur, li jirriżulta minn kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku kkunsinnat fil-fruntiera tal-Istat ospitanti, jista’ jikkostitwixxi investiment imwettaq fiż-żona ta’ parti kontraenti oħra, fl-assenza ta’ kull attività ekonomika eżerċitata mill-investitur fit-territorju ta’ din tal-aħħar?

____________