Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-13/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-kuntratt tar-rikorrenti bħala aġent kuntratwali ma jiġġeddidx.

Talbiet tar-rikorrenti

Jiddikjara r-rikors preżenti ammissibbli;

jannulla d-deċiżjoni adottata mill-kap tal-unità “reklutaġġ u tmiem tas-servizz”, Direttorat HR.B, DG Riżorsi Umani u Sigurtà, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità Investita bis-Setgħa li tikkonkludi Kuntratti tal-Impjieg (AHCC), li l-kuntratt tar-rikorrenti ma jiġġeddidx;

sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-AHCC, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti;

riintegrazzjoni tar-rikorrenti fil-funzjonijiet tagħha fi ħdan id-DG DIGIT fil-kuntest ta’ estensjoni tal-kuntratt tagħha f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Persunal;

sussidjarjament, u fil-każ li t-talba għar-riintegrazzjoni kif deskritta iktar ’il fuq ma tiġix milqugħa, jikkundanna lill-konvenuta tirrimedja għad-dannu subit mir-rikorrenti, evalwat provviżorjament u ex aequo et bono għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li kieku kienet tirċievi bħala aġent temporanju fi ħdan il-Kummissjoni li kieku l-kuntratt tagħha ġġedded, u l-ammont tal-benefiċċji ta’ qgħad li hija attwalment tirċievi, u dan għal perijodu ta’ sentejn (li jikkorrispondi għat-tul tat-tiġdid previst skont l-Artikolu 8 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg), flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali waqt il-perjodu kkonċernat;

fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 5000, bħala kumpens għad-danni morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali b’effett mis-sentenza li għandha tingħata;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.