Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-510/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, I. Zaloguin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2)(a)(i), (ii) u (iii) u taħt l-Artikolu 17(2) u (3) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin 1 .

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Bi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2008/56, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli tikkomunika fil-ħin lill-Kummissjoni l-aġġornamenti obbligatorji tal-evalwazzjoni inizjali tal-istatus tal-ambjent marin, tad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb u tal-miri ambjentali.

____________

1     ĠU 2008, L 164, p. 19.