Language of document : ECLI:EU:F:2013:11

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

5 ta’ Frar 2013

Kawża F‑25/12

Paul-Henri Presset

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowance ta’ kuljum — Kundizzjoni għall-għoti”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu P-H. Presset jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku l-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tagħtih il-benefiċċju tal-allowance ta’ kuljum.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

Sommarju

Uffiċjali — Rimbors ta’ spejjeż — Allowance ta’ kuljum — Skop

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 20; Anness VII, Artikolu 10(1))

L-allowance ta’ kuljum hija intiża li tikkumpensa l-ispejjeż u l-inkonvenjenzi li jinħolqu minħabba fin-neċessità li persuna tiċċaqlaq jew tistabbilixxi ruħha għal żmien definit fil-post ta’ assenjazzjoni tiegħu, filwaqt li jżomm, ukoll għal żmien definit, ir-residenza tiegħu fil-post ta’ reklutaġġ jew fil-post ta’ assenjazzjoni preċedenti tiegħu.

(ara l-punt 31)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 30 ta’ Jannar 1974, Louwage vs Il-Kummissjoni, 148/73, punt 25, 5 ta’ Frar 1987, Mouzourakis vs Il-Parlament, 280/85, punt 9

Il-Qorti tal-Prim Istanza: 10 ta’ Lulju 1992, Benzler vs Il-Kummissjoni, T‑63/91, punt 20, 12 ta’ Diċembru 1996, Mozzaglia vs Il-Kummissjoni, T‑137/95, punt 46, 12 ta’ Diċembru 1996, Monteiro da Silva vs Il-Kummissjoni, T‑74/95, punt 53, 20 ta’ Awwissu 1998, Collins vs Il-Kumitat tar-Reġjuni, T‑132/97, punt 41, 2 ta’ Mejju 2001, Cubeta vs Il-Kummissjoni, T‑104/00, punt 38, 15 ta’ Lulju 2004, Gouvras vs Il-Kummissjoni, T‑180/02 u T‑113/03, punt 163