Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI

(Kawża C-765/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti u konvenuta fil-kontrotalba: Stadtwerke Neuwied GmbH

Konvenut u rikorrent fil-kontrotalba: RI

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(3) flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni f’waqtha u diretta lill-konsumaturi tal-gass dwar il-kundizzjonijiet, ir-raġunijiet u l-portata ta’ bidla imminenti fit-tariffi għall-fornitura tal-gass tipprekludi l-validità ta’ bidla bħal din fit-tariffi?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-Artikolu 3(3) flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, ilu applikabbli direttament mill-1 ta’ Lulju 2004 fil-konfront ta’ kumpannija privata (fil-forma ta’ GmbH Ġermaniża) peress li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jimponux kundizzjonijiet f’termini ta’ kontenut u għalhekk jistgħu jiġu applikati mingħajr il-bżonn ta’ att ta’ implimentazzjoni ulterjuri u jagħtu liċ-ċittadini drittijiet fil-konfront ta’ organizzazzjoni li, minkejja l-forma ġuridika privata tagħha, hija kkontrollata mill-Istat peress li dan huwa l-uniku azzjonist tal-kumpanija?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.