Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Samohýl group a.s. vs Generální ředitelství cel
(Kawża C-941/19)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Krajský soud v Ostravě
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Samohýl group a.s.
Konvenut: Generální ředitelství cel
Domanda preliminari
Il-prodott bl-isem “Bob Martin Clear 50 mg roztok pro nakapání na kůži – spot-on pro kočkyˮ li jiġi fil-forma ta’ pipetti (0.5 ml), li fih l-ingredjent attiv Fipronil (50 mg f’kull pipetta) u l-eċċipjenti butilidrossianisol E 320, butilidrossitoluen E 321, alkoħol benżiliku u dietileniku monoetiletere, għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 jew taħt l-intestatura 3808 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali?
____________