Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2019 – VZ et vs Eurowings GmbH

(Kawża C-880/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VZ et

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domandi preliminari

Il-punt (iii) tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rotta differenti msemmija f’din id-dispożizzjoni, li tippermetti lill-passiġġier jitlaq mhux iktar minn siegħa qabel it-tluq skedat, għandha ssir mill-istess ajruport tat-titjira bbukkjata jew inkella tista’ ssir minn ajruport ieħor?

Fil-każ li jkun possibbli wkoll tluq minn ajruport ieħor, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-fatt li t-tluq seħħ mhux iktar minn siegħa qabel it-tluq skedat, irrispettivament mid-distanza li jivvjaġġa l-passiġġier sal-ajruport, jew id-differenza fil-ħin għandha tiġi kkalkolata b’teħid inkunsiderazzjoni tal-vjaġġ tal-passiġġier lejn l-ajruport?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10