Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
(Kawża F-1/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tiċħad it-talba għal kumpens għat-telf subit.
Talbiet tar-rikorrent
Tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Jannar 2011 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens għat-telf subit minħabba l-irtir tiegħu b’pensjoni ta’ invalidità;
jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2011 li tiċħad l-ilment tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2011;
tikkumpensah għat-telf subit;
tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.