Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2010 - Nastvogel vs Il-Kunsill

(Kawża F-4/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christiana Nastvogel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, H.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-31 ta' Diċembru 2007.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li tistabblixxi r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-31 ta' Diċembru 2007;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________