Language of document : ECLI:EU:F:2009:28

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(L-Ewwel Awla)

31 ta’ Marzu 2009

Kawża F-146/07

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Talba għal investigazzjoni dwar inċident li tiegħu kien vittma r-rikorrent – Rikors għad-danni – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEFA, li bih L. Marcuccio jitlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba tiegħu għall-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar inċident li seħħ meta kien assenjat mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fl-Angola, kif ukoll il-kumpens għad-danni li huwa sofra inkonnessjoni ma’ dan l-inċident.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud, parzjalement, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment bħala manifestament infondat fid-dritt. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Sommarju

Uffiċjali – Rikorsi – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Dekadenza – Ftuħ mill-ġdid – Kundizzjoni – Fatt ġdid

(Regolamenti tal-Persunal, Articoli 90 u 91)

Il-possibbiltà li titressaq talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal ma tippermettix lill-uffiċjal jinjora t-termini previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-preżentata tal-ilment u tar-rikors, billi jikkontesta indirettament, permezz ta’ talba, deċiżjoni preċedenti li ma kinitx ġiet ikkontestata fit-termini previsti. Minn dan jirriżulta li hija biss l-eżistenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali li tista’ tiġġustifika l-preżentata ta’ talba għar-reviżjoni ta’ deċiżjoni preċedenti li saret finali.

(ara l-punti 39 u 47)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 13 ta’ Novembru 1986, Becker vs Il-Kummissjoni, 232/85, Ġabra p. 3401, punt 8