Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Hall vs Il-Kummissjoni u CEPOL

(Kawża F-22/12) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance għall-ulied dipendenti – Allowance tal-edukazzjoni – Ulied tal-konjuġi tar-rikorrent li ma jgħixux fid-dar tal-koppja – Kundizzjonijiet għall-għoti)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mark Hall (Petersfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti) u Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (rappreżentant: F. Bánfi, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talba tar-rikorrent li jingħata l-allowance għall-ulied dipendenti u l-allowance tal-edukazzjoni għat-tliet ulied tal-konjuġi tiegħu għall-perijodu meta huma kienu għadhom jgħixu fil-Filippini.

Dispożittiv

Ir-rikors, sa fejn huwa ppreżentat kontra l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, huwa miċħud bħala inammissibbli.Id-deċiżjoni impliċita tal-25 ta’ Marzu 2011 kif ukoll id-deċiżjoni espliċita tal-11 ta’ Lulju 2011 tal-Kummissjoni Ewropea li jiċħdu t-talba għal allowance għall-ulied dipendenti u għal allowance tal-edukazzjoni għat-tliet ulied tal-konjuġi ta’ M. Hall, għall-perijodu meta huma kienu għadhom jirrisjedu fil-Filippini, huma annullati.Il-kumplament tar-rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. Hall.M. Hall huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija.