Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Ottubru 2008

Tzirani vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Ħatra fi grad - Promozzjoni - Kariga ta' Direttur - Ċaħda tal-kandidatura - Eżekuzzjoni tas-sentenza li tannulla deċiżjoni ta' ħatra- Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie Tzirani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant : É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Awwissu 2006 li terġa taħtar lil D.J. għall-kariga ta' Direttur tad-Direttorat B "Regolamenti tal-Persunal: politika, ġestjoni u konsulenza" tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) "Persunal u Amministrazzjoni", u, għaldaqstant, li tiċħad il-kandidatura tagħha għal din l-istess kariga u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni għal ħlas ta' kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni ta' ċaħda tal-kandidatura ta' M. Tzirani għall-kariga ta' Direttur tad-Direttorat B "Regolamenti tal-Persunal: politika, ġestjoni u konsulenza" tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) "Persunal u Amministrazzjoni" tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija annullata.

Id-deċiżjoni tal-ħatra ta' D.J għall-kariga ta' Direttur tad-Direttorat B "Regolamenti tal-Persunal: politika, ġestjoni u konsulenza" tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) "Persunal u Amministrazzjoni" tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-30 ta' Awwissu 2006, hija annullata.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil M. Tzirani l-ammont ta' EUR 10 000 bħala danni u interessi.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn M. Tzirani.

____________

1 - ĠU C 170, 21.07.2007, p. 42.