Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2007 - Brown u Volpato vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Colin Brown (Brussell, Il-Belġju) u Alberto Volpato (Moska, Ir-Russja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 55-2006 tas-17 ta' Novembru 2006 safejn hija ppromoviet lir-rikorrenti għall-grad AD 9, skala 1, fil-proċedura ta' promozzjoni 2006;

safejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2007 safejn ċaħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti;

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, uffiċjali tal-Kummissjoni, jikkontestaw id-deċiżjoni li huma jiġu promossi tagħhom, fil-proċedura ta' promozzjoni 2006, għall-grad AD9, grad ġdid imdaħħal, mill-1 ta' Mejju 2004, bejn il-gradi AD8 (li qabel kien A7) u AD10 (li qabel kien A6). Huma jsostnu li huma kellhom jiġu promossi mhux għall-grad AD9 iżda għall-grad AD10, kif sar fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 għall-uffiċjali li, bħar-rikorrenti, fit-30 ta' April 2004, kienu kklassifikati fil-grad A7 u kienu eliġibbli għal promozzjoni għall-grad ogħla A6.

Ir-rikorrenti jsostnu motivi simili ħafna għall-ewwel u għat-tielet motivi invokati fil-kawża F-105/061.

____________

1 - ĠU C 281 tat-18.11.2006 p. 45.