Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – Ojamaa vs Il-Parlament

(Kawża F-37/14) 1

(Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Awtorità tal-Ħatra – Att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Priit Ojamaa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u N. Chemaï, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma tawtorizzax it-trasferiment tas-16-il ġurnata ta’ leave li ma ttieħdux fl-2012, għas-sena 2013, wara li r-rikorrent kien bil-leave għal perijodu twil minħabba marda gravi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.P. Ojamaa għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.