Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franciż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI l-ġodda li jirrigwardaw l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u, għaldaqstant, mhux applikabbli;

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012 li ssir l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “SPIUEˮ), skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠIˮ ) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.