Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Firma Z vs Finanzamt Y
(Kawża C-802/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Firma Z
Konvenut: Finanzamt Y
Domandi preliminari
Spiżerija li tikkunsinna prodotti mediċinali għal fond obbligatorju tal-assigurazzjoni għall-mard u li tagħti skont lill-assigurat tista’, fuq il-bażi ta’ dan l-iskont, tnaqqas il-bażi taxxabbli skont is-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, EU:C:1996:400)?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv: Il-fatt li spiżerija stabbilita fit-territorju nazzjonali għandha d-dritt tnaqqas il-bażi taxxabbli, iżda mhux spiżerija li tagħmel kunsinna intra-Komunitarja eżentata mit-taxxa lil fond obbligatorju tal-assigurazzjoni għall-mard minn Stat Membru ieħor, jikser il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ ugwaljanza fit-trattament fis-suq intern?
____________