Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Moschonaki vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/10 RENV)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali – Kawża mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti interna fl-istituzzjoni – Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jissemmew fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Chrysanthe Moschonaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Kawża mibgħuta lura wara annullament - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrenti għal pożizzjoni ta’ assistent bibljotekarju u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallasha somma bħala kumpens għad-danni materjali u morali.Dispożittiv Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura ta’ Ch. Moschonaki għal pożizzjoni ta’ “[a]ssistent – [b]ibljotekarju/[u]ffiċjal li jiġbor id-dokumentazzjoni” hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Ch. Moschonaki s-somma ta’ EUR 5000.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Ch. Moschonaki fil-Kawżi F-55/10, T-476/11 P u F-55/10 RENV.