Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Berlin Chemie A. Menarini SRL vs Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

(Kawża C-333/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Berlin Chemie A. Menarini SRL

Konvenuta: Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

Intervenjenti: Berlin Chemie AG

Domandi preliminari

Sabiex tevalwa li impriża li tikkunsinna oġġetti fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa differenti minn dak li fih tinsab l-attività ekonomika tagħha għandha, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal 15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 2 , stabbiliment [wieħed] fiss fl-Istat li fih tikkunsinna l-oġġetti, huwa neċessarju li r-riżorsi umani u tekniċi użati mill-kumpannija fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat huma tagħha jew ikun biżżejjed li l-kumpannija jkollha aċċess immedjat u permanenti għal dawn ir-riżorsi umani u tekniċi permezz ta’ kumpannija oħra affiljata, li hija tikkontrolla u li tagħha għandha l-maġġoranza tal-azzjonijiet?

Sabiex tevalwa li impriża li tikkunsinna oġġetti fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa differenti minn dak li fih tinsab l-attività ekonomika tagħha għandha, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u tal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 , stabbiliment [wieħed] fiss fl-Istat li fih tikkunsinna l-oġġetti, huwa neċessarju li l-allegat stabbiliment fiss ikun involut direttament f’deċiżjonijiet relatati mal-provvista ta’ oġġetti jew ikun biżżejjed li l-kumpannija jkollha, fl-Istat fejn tipprovdi l-oġġetti, ir-riżorsi tekniċi u umani li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha permezz ta’ kuntratti ma’ kumpanniji terzi li jkollhom bħala l-għan tagħhom attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, regolatorji, ta’ reklamar, ta’ ħażna, ta’ rappreżentazzjoni, liema attivitajiet x’aktarx jinfluwenzaw direttament il-volum tal-bejgħ?

Fl-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u tal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011, il-possibbiltà għal persuna taxxabbli li jkollha aċċess immedjat u permanenti għar-riżorsi tekniċi u umani ta’ persuna taxxabbli oħra affiljata taħt il-kontroll tagħha teskludi l-possibbiltà li din l-aħħar kumpannija tkun affiljata bħala fornitur ta’ servizzi għall-istabbiliment fiss hekk stabbilit?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

2     ĠU 2011, L 77, p. 1.