Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-25 ta’ Lulju 2019 – MO vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

(Kawża C-568/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MO

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Toledo

Domanda preliminari

Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ April 2015 (Kawża C-38/14, Zaizoune 1 ) fis-sens li l-amministrazzjoni u l-qrati Spanjoli jistgħu jwettqu applikazzjoni diretta tad-Direttiva 2008/115/KE 2 bi preġudizzju għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, filwaqt li jinjoraw u ma japplikawx dispożizzjonijet interni iktar vantaġġużi fil-qasam ta’ sanzjonijiet, b’mod li tiġi aggravata r-responsabbiltà sanzjonatorja tal-imsemmi ċittadin u possibbiltà li jiġi injorat il-prinċipju ta’ legalità fil-qasam kriminali, hija kompatibbli mad-duttrina tagħha fir-rigward tal-limiti tal-effett dirett tad-direttivi; u jekk is-soluzzjoni għan-natura inadegwata tal-leġiżlazzjoni Spanjola għad-Direttiva ma għandhiex issir b’dan il-mod, għandha ssir permezz ta’ riforma fil-liġi, jew permezz tar-rimedji previsti fid-dritt [tal-Unjoni] għall-impożizzjoni fuq l-Istati [Membri] tat-traspożizzjoni korretta tad-direttivi?

____________

1 Sentenza tat-23 ta’ April 2015, Zaizoune (C-38/14, EU:C:2015:260).

2 Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).