Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Marzu 2019 – Gömböc Kutató, Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. vs Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala

(Kawża C-237/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gömböc Kutató, Szolgáltató és Kereskedelmi Kft.

Konvenut: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(1)(e)(ii) tad-Direttiva 2008/95/K tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks 1 għandu, fil-każ ta’ sinjali kkostitwit esklużivament mill-forma ta’ prodott, jiġi interpretat fis-sens li

jista’ jiġi eżaminat biss jekk il-forma hijiex meħtieġa sabiex jinkiseb ir-riżultat tekniku mixtieq fuq il-bażi tar-rappreżentazzjoni grafika li tinsab fir-reġistru, jew

b)     tista’ wkoll titqies il-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti?

Fi kliem ieħor, jista’ jitqies li l-pubbliku rilevanti jaf li l-forma li r-reġistrazzjoni tagħha hija mitluba hija meħtieġa sabiex jinkiseb ir-riżultat tekniku mixtieq?

2)    L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut hija applikabbli għal dawk is-sinjali kkostitwiti esklużivament mill-forma tal-prodott li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi stabbilit jekk il-forma tagħtix valur sostanzjali lill-prodott skont il-perċezzjoni jew l-għarfien li x-xerrej għandu tal-prodott irrappreżentat grafikament?

3)    L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut hija applikabbli għal sinjali li jikkonsistu esklużivament f’forma

li, fuq il-bażi tal-karattru individwali tagħha, tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lid-disinni, jew

li l-apparenza estetika tagħha waħidha tagħti kwalunkwe tip ta’ valur lill-prodott?

____________

1 ĠU 2008, L 299, p. 25.