Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs EASA

(Kawża F-8/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent u l-kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba din it-tkeċċija u l-allegat fastidju.

Talbiet tar-rikorrent

jikkundanna lill-EASA għas-somma ta’ EUR 1 514 257.48 bħala kumpens għad-danni ekonomiċi u mhux ekonomiċi marbuta mat-telf tal-kariga tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, flimkien mal-interessi bir-rata legali li jiddekorru mid-data li fiha jsiru dovuti;

jikkundanna lill-EASA għas-somma stabbilita ex aequo et bono għal EUR 500 00 għal kull jum bejn il-31 ta’ Mejju 2010 u l-jum tan-notifika tad-deċiżjoni bħala kumpens għad-danni kollha li jirriżultaw minħabba fastidju mwettaq mill-uffiċjali tagħha, flimkien mal-interessi bir-rata legali li jiddekorru mid-data li fiha jsiru dovuti;

jikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.