Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

(Kawża T-352/17) 1

(“Dritt istituzzjonali – Parlament Ewropew – Regolament intern tal-Parlament – Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari – Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament – Libertà tal-espressjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Janusz Korwin-Mikke (Józefów, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Cherchi, A. Daoût u M. Dekleermaker,)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Seyr u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tal-14 ta’ Marzu 2017 u tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tat-3 ta’ April 2017, li jimponu fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza għal perijodu ta’ 30 jum, ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet kollha tal-Parlament għal perijodu ta’ għaxart’ijiet konsekuttivi u ta’ projbizzjoni ta’ rappreżentazzjoni tal-Parlament għal perijodu ta’ sena u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba l-imsemmija deċiżjonijiet.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tat-3 ta’ April 2017 hija annullata.

It-talba għal kumpens hija miċħuda.

Janusz Korwin-Mikke u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.

____________

1     ĠU C 239, 24.7.2017.