Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Mejju 2010 - Begue et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christian Begue (Marcy, Franza) u oħrajn (rappreżentant: A. Woimant, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad lir-rikorrenti l-ħlas b'effett retroattiv tal-benefiċċji speċjali stabbiliti fl-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni (Nru R/467/09) tal-Awtorità Kompetenti li Tikkonkludi l-Kuntratti (AKTK) li tiċħad l-"ilmenti" tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni ta' ċħid tat-3 ta' Settembru 2009 dwar it-talba għall-ħlas b'effett retroattiv tal-benefiċċji speċjali stabbiliti fl-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________