Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovni sud (il-Kroazja) fil-5 ta’ Diċembru 2019 – il-Federazzjoni Russa

(Kawża C-897/19)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Vrhovni sud

Partijiet fil-proċeduri prinċipali

I.N.

Il-Federazzjoni Russa

Domandi preliminari

L-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jieħu deċiżjoni dwar l-estradizzjoni lejn Stat terz ta’ ċittadin ta’ Stat li ma huwiex membru tal-Unjoni Ewropea, iżda li huwa membru taż-żona Schengen, huwa obbligat li jinforma bit-talba għal estradizzjoni lill-Istat Membru taż-żona Schengen li tiegħu din il-persuna għandha n-nazzjonalità?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti u fil-każ li l-Istat Membru taż-żona Schengen talab il-konsenja ta’ din il-persuna għall-finijiet li jwettaq il-proċeduri li għalihom l-estradizzjoni hija mitluba, din il-persuna għandha tiġi kkonsenjata lilu skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja?

____________