Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2019 – One Voice, Ligue pour la protection des oiseaux vs Ministre de la Transition écologique et solidaire

(Kawża C-900/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: One Voice, Ligue pour la protection des oiseaux

Konvenut: Ministre de la Transition écologique et solidaire

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Fédération nationale des Chasseurs

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-Istati Membri milli jawtorizzaw l-użu ta’ mezzi, ta’ apparat, ta’ metodi ta’ kaċċa jew ta’ qtil li jistgħu jwasslu, anki b’mod minimu u strettament temporanju, għal qbid aċċessorju? Jekk ikun il-każ, liema kriterji, relatati b’mod partikolari mal-proporzjon jew mad-daqs limitat ta’ dan il-qbid aċċessorju, man-natura bħala prinċipju mhux letali tal-proċess tal-kaċċa awtorizzata u mal-obbligu li jinħelsu mingħajr ħsarat serji l-kampjuni maqbuda b’mod aċċidentali, jistgħu jiġu applikati sabiex il-kriterju ta’ selettività stabbilit minn dawn id-dispożizzjonijiet jitqies bħala issodisfatt?

Id-Direttiva tat-30 ta’ Novembru 2009 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għan li jiġi ppreżervat l-użu ta’ mezzi u ta’ metodi ta’ kaċċa tal-għasafar stabbiliti mill-użanzi tradizzjonali, għal finijiet rikreattivi, u sa fejn ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fir-rigward ta’ tali deroga mill-punt (c) tal-istess paragrafu, jista’ jiġġustifika l-ineżistenza ta’ soluzzjoni oħra sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 9(1) tagħha, u b’hekk ikun permess li ssir deroga mill-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ dawn il-modi u mezzi ta’ kaċċa stabbiliti fl-Artikolu 8 tagħha?

____________

1     Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7).