Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2019 – Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-101/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

L-Artikolu 69 tad-Direttiva 2001/83/KE 1 jinkludi regoli eżawrjenti dwar il-kontenut awtorizzat tal-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 14(1) [tal-imsemmija direttiva] jew f’dan il-fuljett tista’ tiġi inkluża informazzjoni oħra fis-sens tal-Artikolu 62 ta’ din id-direttiva?

Informazzjoni dwar il-pożoloġija tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2001/83 tista’ tkun informazzjoni utli għall-pazjent, fis-sens tal-Artikolu 62 ta’ din id-direttiva?

____________

1     Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 (ĠU 2012, L 299, p. 1).