Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2019 – Flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-180/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flightright GmbH

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-traġitt kollu li jikkorrispondi għar-reżervazzjoni sabiex tiġi ddeterminata d-distanza li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-kumpens?

Fi kliem ieħor (u sakemm ir-Regolament japplika għall-partijiet kollha tal-vjaġġ ikkonċernat), fir-rigward ta’ reżervazzjonijiet għal traġitti li jinkludu waqfa, kemm jekk b’titjira konnessa kif ukoll jekk le, qabel ma l-vjaġġaturi jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom, it-terminu “titjira” għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi biss għall-parti mit-traġitt li matulha d-dewmien ġie fil-fatt sostnut, jew għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-traġitt kollu li jikkorrispondu għar-reżervazzjoni, mill-punt tat-tluq inizjali sad-destinazzjoni finali, sabiex tiġi ddeterminata d-distanza li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).