Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional - Spanja) – Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO) vs Deutsche Bank SAE

(Kawża C-55/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2003/88/KE – Artikoli 3 u 5 – Mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa – Artikolu 6 – Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa – Direttiva 89/391/KEE – Sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol – Obbligu li tiġi stabbilita sistema li tkejjel it-tul ta’ ħin tax-xogħol ta’ kuljum maħdum minn kull ħaddiem)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO)

Konvenuti: Deutsche Bank SAE

fil-preżenza ta’: Federación Estatal de Servicios de la Unión General de Trabajadores (FES-UGT), Confederación General del Trabajo (CGT), Confederación Solidaridad de Trabajadores Vascos (ELA), Confederación Intersindical Galega (CIG)

Dispożittiv

L-Artikoli 3, 5, u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqrija fi-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 11(3) u tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, skont l-interpretazzjoni mogħtija lilha mill-ġurisprudenza nazzjonali, ma timponix fuq il-persuni li jimpjegaw l-obbligu li jistabbilixxu sistema li tippermetti l-kejl tat-tul tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum maħdum minn kull ħaddiem.

____________

1     ĠU C 152, 30.4.2018.