Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-21 ta' Ottubru 2009 Ramaekers-Jørgensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/08)1

(Uffiċjali - Taxxa Komunitarja - Kalkolu - Akkumulazzjoni tal-ammont tar-remunerazzjoni personali u tal-pensjoni tas-superstiti - Modalitajiet ta' ġbir tat-taxxa - Data ta' meta għandu jseħħ it-tnaqqis)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique Ramaekers-Jørgensen (Genval, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikkalkola t-taxxa Komunitarja tar-rikorrenti billi takkumula l-ammont tar-remunerazzjoni personali tagħha mal-pensjoni tas-superstiti, kif ukoll tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba sabiex it-taxxa Komunitarja fuq il-pensjoni tas-superstiti tagħha ma titnaqqasx bil-quddiem, qabel ma din titħallas, mill-ammont tar-remunerazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 260/68.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

D. Ramaekers-Jørgensen għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008, p, 52