Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – T.H.C. vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-755/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: T.H.C.

Konvenuta: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domandi preliminari

L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali 1 (riformulazzjoni), li jipprovdi li l-applikanti għandu jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv kontra deċiżjonijiet “dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali” u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola proċedurali nazzjonali, bħat-tieni sentenza tal-punt 3 tas-subparagrafu (2) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 39/57 tal-loi du 15 décembre 1980 sur l’accès au territoire, le séjour, l’établissement et l’éloignement des étrangers (il-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar id-dħul fit-territorju, is-soġġorn, l-istabbiliment u t-tneħħija tal-barranin), moqrija flimkien mal-punt 5 tas-subparagrafu (1) tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57/6 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57/6/2 tal-istess liġi, li tiffissa għal ħamest ijiem “kalendarji” li għandhom jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni amministrattiva, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ inammissibbiltà ta’ applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali mressqa minn ċittadin ta’ pajjiż terz, meta “l-barrani jkun jinsab, fi żmien li jagħmel l-applikazzjoni, f’post speċifiku msemmi fl-Artikoli 74/8 et 74/9 tal-istess liġi jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Gvern”?

____________

1 ĠU 2013, L 180, p. 60.