Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Lulju 2020 – DM, LR vs Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

(Kawża C-337/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DM, LR

Konvenuta: Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

Domandi preliminari

L-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi, għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament, sistema ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li teskludi kwalunkwe azzjoni għal responsabbiltà ċivili ta’ dritt nazzjonali bbażata, fir-rigward tal-istess fatti, fuq nuqqas minn dan il-fornitur li jikkonforma ruħu mal-obbligi imposti mid-dritt nazzjonali, b’mod partikolari fil-każ li l-utent ta’ servizz ta’ ħlas ma jkunx, fi żmien tlettax-il xahar mid-debitu, informa lill-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li tranżazzjoni ta’ ħlas ma kinitx ġiet awtorizzata jew ġiet eżegwita skorrettament?

F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-istess artikolu jipprekludi l-garanti tal-utent tas-servizz ta’ ħlas milli jinvoka, fir-rigward tal-istess fatti, ir-responsabbiltà ċivili tad-dritt nazzjonali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l-ammont tad-dejn iggarantit?

____________

1 ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5.