Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea Hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fit-3 ta’ Mejju 2019 – Novartis AG vs Patent-och registreringsverket

(Kawża C-354/19)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea Hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis AG

Parti oħra fil-proċedura: Patent-och registreringsverket

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-għan fundamentali li ċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali huwa intiż li jissodisfa, jiġifieri li jinkoraġġixxi r-riċerka farmaċewtika fl-Unjoni, l-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009 1 , moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1610/96, jipprekludi li applikant, li diġà nħariġlu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodott protett fih innifsu minn privattiva bażika fis-seħħ, jingħata ċertifikat għal użu ġdid tal-imsemmi prodott f’każ fejn, bħal dan inkwistjoni, dan l-użu l-ġdid jikkostitwixxi indikazzjoni terapewtika ġdida speċifikament protetta minn privattiva bażika ġdida?

____________

1 Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).