Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Nivelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Frar 2020 – SD vs Habitations sociales du Roman Païs SCRL, TE, fil-kwalità ta’ kuratur tar-Régie des Quartiers de Tubize ASBL

(Kawża C-104/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Nivelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SD

Konvenuti: Habitations sociales du Roman Païs SCRL, TE, fil-kwalità ta’ kuratur tar-Régie des Quartiers de Tubize ASBL

Domandi preliminari

L-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 , moqrija fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 11(3) u tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol 2 – sa fejn dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma timponix fuq il-persuni li jimpjegaw l-obbligu li jistabbilixxu sistema li tippermetti li jitkejjel it-tul taż-żmien tax-xogħol ta’ kuljum imwettaq minn kull ħaddiem (sentenza C-55/18 tal-14 ta’ Mejju 2019) – għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 1315 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan li jimponi fuq min jinvoka l-eżekuzzjoni ta’ obbligu, li jipprovah, ma tipprevedix l-inverżjoni tal-oneru tal-prova meta l-ħaddiem jinvoka l-qbiż taż-żmien tax-xogħol normali tiegħu, meta:

din l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ il-leġiżlazzjoni Belġjana, ma timponix fuq il-persuni li jimpjegaw l-obbligu li jistabbilixxu sistema affidabbli li tippermetti li jitkejjel it-tul taż-żmien tax-xogħol ta’ kuljum imwettaq minn kull ħaddiem;

u l-persuna li timpjega ma jkunx stabbilixxa tali sistema minn jeddu;

u b’hekk ipoġġi lill-ħaddiem fl-impossibbiltà materjali li jipprova dan il-qbiż?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.

2 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349.