Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 minn Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-371/17, Qualcomm and Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-466/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, advogado, M. Davilla, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2258 finali tal-31 ta’ Marzu 2017 dwar il-proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 1 fil-Każ AT.39711 – Qualcomm (Predation) (id-“Deċiżjoni”);

alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-argumenti mqajjma mir-rikorrent.

It-tieni aggravju: il-konklużjoni li d-deċiżjoni kienet immotivata adegwatament hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt u hija milquta minn nuqqas ta’ motivazzjoni.

It-tielet aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet neċessarja hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt, żnaturament tal-provi, nuqqas ta’ motivazzjoni, u nuqqas li jiġu evalwati il-provi rilevanti kollha.

Ir-raba’ aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet proporzjonata hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt, żnaturament tal-provi, u nuqqas ta’ motivazzjoni.

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat ir-regoli dwar l-oneru tal-prova inkkonessjoni mal-allegat ksur tal-Artikolu 102 TFEU.

Is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjonijiet li jiksru id-dritt li tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni.

____________

1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).