Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-13 ta’ Ġunju 2019 – Kilpailu- ja kuluttajavirasto

(Kawża C-450/19)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kilpailu- ja kuluttajavirasto

Konvenuta: Eltel Group Oy und Eltel Networks Oy

Domandi preliminari

Is-sistema ta’ kompetizzjoni tal-Artikolu 101 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn parteċipant f’akkordju jkun ikkonkluda, ma’ terz barra mill-akkordju, kuntratt ta’ kostruzzjoni bħal dak li huwa s-suġġett tal-akkordju, il-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni jissokta, minħabba l-effetti ekonomiċi kkawżati minn tali sitwazzjoni, matul il-perijodu kollu li fih jitwettqu l-obbligi kuntrattwali ta’dan il-kuntratt, jew li fih ikompli jitħallas il-prezz għax-xogħlijiet lill-partijiet kontraenti, jiġifieri sal-punt li fih jitħallas l-aħħar pagament għax-xogħlijiet, jew minn tal-inqas sa kemm jitlestew ix-xogħlijiet inkwistjoni;

jew inkella huwa possibbli li jitqies li l-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jissokta biss sal-punt li fih l-impriża li tkun wettqet il-ksur tkun ippreżentat offerta rigward ix-xogħlijiet inkwistjoni, jew tkun ikkonkludiet kuntratt għat-twettiq tax-xogħlijiet?

____________