Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Ġunju 2019 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Wellcome Trust Ltd

(Kawża C-459/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuta: Wellcome Trust Ltd

Domandi preliminari

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KEE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli għandha titqies bħala “persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali” fejn il-persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika li tikkonsisti fix-xiri u l-bejgħ ta’ ishma u titoli oħra fil-ġestjoni tal-beni ta’ trust ta’ karità, tikseb, esklużivament għall-finijiet ta’ tali attività, il-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti minn persuna stabbilita barra mill-Komunità?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u l-Artikoli 46 sa 49 tad-direttiva ma japplikawx, l-Artikolu 45 tad-direttiva japplika għall-provvisti ta’ servizzi jew beni jew la l-Artikolu 44 u lanqas l-Artikolu 45 tad-direttiva ma japplikaw għall-provvisti ta’ servizzi?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).