Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fis-16 ta’ April 2019 – R.C.C. vs M.O.L.

(Kawża C-314/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R.C.C.

Konvenut: M.O.L.

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji 1 u, konsegwentement, il-kontenut tal-imsemmija direttiva, huwa applikabbli għal sitwazzjoni li fiha nutar, li huwa kemm uffiċjal pubbliku kif ukoll persuna privata li timpjega ħaddiema fis-servizz tagħha u li r-relazzjonijiet tagħha bħala persuna li timpjega huma rregolati bid-dritt ġenerali tax-xogħol kif ukoll bi ftehim kollettiv settorjali, jissostitwixxi n-nutar preċedenti, jieħu l-atti tiegħu, ikompli jeżerċita l-attività fl-istess post tax-xogħol bl-istess struttura materjali, u jieħu lura l-ħaddiema li kienu impjegati minn dan tal-aħħar?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.