Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Coimbra (il-Portugall) fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Liberty Seguros, SA vs DR

(Kawża C-375/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liberty Seguros, SA

Konvenut: DR

Intervenjenti: Fundo de Garantia Automóvel, VS, FN, JT, Seguradoras Unidas, SA

Domanda preliminari

Id-dritt Komunitarju, b’mod speċifiku d-Direttiva 2009/103/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li n-nullità ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur meta tali nullità tirriżulta miċ-ċirkustanza li l-persuna assigurata tuża l-vettura suġġett tal-kuntratt għall-eżerċizzju ta’ trasport bi flus, klandestin u illegali ta’ persuni u merkanzija u tkun ħbiet dan l-għan lill-parti li tassigura tiġi infurzata fil-konfront ta’ terzi persuni leżi u tal-Fundo de Garantia Automóvel (il-Fond ta’ Garanzija ta’ Vetturi bil-Mutur, il-Portugall)? L-istess jgħodd għall-passiġġieri li jkunu jafu bin-natura klandestina u illegali ta’ dan it-trasport?

____________

1     Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).