Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Retten i Kolding, Civilretten – id-Danimarka) – FOA, li qed jaġixxi għal Karsten Kaltoft vs Kommunernes Landsforening (KL), li qed taġixxi għall-Billund Kommune

(Kawża C-354/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Tkeċċija – Raġuni – Obeżità tal-ħaddiem – Prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-obeżità – Assenza – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà – Eżistenza ta’ ‘diżabbiltà’)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Kolding, Civilretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FOA, li qed jaġixxi Karsten Kaltoft

Konvenuta: Kommunernes Landsforening (KL), li qed taġixxi għall-Billund Kommune

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirrikonoxxix prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-obeżità, bħala tali, fir-rigward tal-impjieg u tax-xogħol.Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-istat ta’ obeżità ta’ ħaddiem jikkostitwixxi “diżabbiltà”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta dan l-istat jimplika limitazzjoni, li tirriżulta b’mod partikolari minn defiċjenzi għal perijodu twil ta’ natura fiżika, mentali jew psikika, li flimkien ma’ diversi ostakoli tista’ tkun ta’ xkiel għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-persuna kkonċernata fil-ħajja professjonali fuq bażi ugwali bħall-ħaddiema l-oħra

. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti fil-kawża prinċipali.